" Lill-pleyers nghidilhom biex jibghqu maqghuda flimkien mal-coach u l-kumitat u b’hekk ikunu jistghu jigarantixxu aktar success ghat-tim Imgarri."
Meta twelid? 16 ta’ Settembru 1949.
X’inhu l-istat tieghek? Mizzeweg lil Victoria u ghandna tlett itfal: Sonia, Tedia Ann u Sabrina.
Ghandek laqam?
Iva, jghiduli Ta’ Fattar.
Taf min fejn gej dan il-laqam?
Ma nafx, naf zgur li huwa laqam tal-familja minn naha ta’ missieri u jmur lura ghal hafna snin.
Barra l-futboll ghandek passatempi ohra?
Iva, nhobb it-tigrijiet tal-karozzi u ghal xi zmien kont nippratika dan l-isport.
X’ inhu l-ikel favorit tieghek?
Platt fenek.
X’ inhi il-musika favorita?
Musika Soul.
Liema hu t-tim barrani favorit tieghek?
Man Utd.
Liema hu l-pleyer barrani favorit tieghek?
Cristiano Ronaldo tal-Manchester United.
Liema hu l-coach favorit tieghek, dak malti u dak barrani?
Coach Malti li nammira hafna hu l-coach tal-Imgarr, Joe Grech, u dak barrani hu Alex Ferguson.
Int superstizjus?
Le, lanqas xejn.
X’jimmotivak fil-hajja?
Jien nemmen li fil-hajja izjed ma tkun involut f’hafna affarjiet u attivitajiet izjed taghti sens lil hajjtek.
X’inhu l-motto tieghek?
Never Give Up.
Meta kont zghir, kont tilghab futboll?
Le qatt imma dejjem kont insegwih u kont delettant tal-futbol.
Meta lhaqt President tal-Mgarr Football Club?
F’nofs is-season 2003 – 2004.
X’hajrek li tidhol ghal din il-kariga?
Nahseb li kien il-fatt li emmit li stajt nikontribwixxi xi haga ghar-rahal tal-Imgarr specjalment lill-klabb tal-futboll, u ghalhekk thajjart nidhol ghal din ir-responsabilta’.
X’kien l-isbah mument kemm ilek f’din il-kariga?
Zgur li kien ir-rebh tal-kampjonat ta’ din is-sena u id-double li ghamlu il-minors fl-istagun 2005 – 2006.
U x’ kien l-ikrah mument?
Dan kien meta biex nassiguraw li fil-klabb tirrenja d-dixxiplina, kellna niehdu decizjonijiet naqra iebsa li wassal biex nitilfu numru ta’ pleyers.
Ghal xiex tikontribwixxi s-success tal-istagun li ghadda?
Personalment nahseb li l-ghaqda li rrenjat matul l-istagun bejn il-pleyers, l-coach u l- kumitat kif ukoll id-dixxiplina waslitna biex nilhqu dan it-tragward.
Tahseb li in-Nursery qed tghin fl-izvilupp tal-futboll gewwa l-Imgarr?
Iva jien bniedem li nemmen hafna fix-xoghol li qed twettaq in-Nursery u dan jidher bin-numru dejjem jikber ta’ pleyers ta’ kwalita li qeghdin johorgu minn din in-nursery.
Issa li dalwaqt jibda stagun gdid sa fejn tahseb rejalistikament li jistghu jaslu it-timijiet ta’ l-Imgarr, kbar u minors?
Jien nemmen li fejn jidhol it-tim tal-kbar nistghu naslu mat-timijiet ta’ nofs il-klassifika, filwaqt li bil-minors nahseb li nkunu mat-timijiet tan-naha ta’ fuq tal-klassifika.
Kemm int kuntent bl-akkwisti l-godda li ghamiltu?
Sa issa jidher li l-pleyers il-godda li nghaqdu maghna huma ta’ kwalita, biss wiehed irrid jaghti cans ghal meta jibda l-loghob kompetitiv.
Kien hemm xi pleyer li int xtaqt imma ma rnexxilekx takkwista?
Iva xtaqna hafna li nzommu l-goalkeeper li kelna l-istagun li ghadda, Simon Gauci, biss minhabba li l-klabb li kien misluf minghandu xtaq is-servizzi tieghu ghal dan l-istagun ma kienx possibbli li nzommuh maghna.
Kieku kellek tiehu l-Presidenza ta’ klabb iehor Malti barra dak ta’ l-Imgarr liema kien jkun?
Jien ma ghandiex ambizzjonijiet ghal klabbs ohra biss la qieghed tistaqsini nistqarr li ghandi simpatija lejn it-tim tal-Hibs.
Liema hu dak il-pleyer Malti li tixtieq li kien ma tim Imgarri?
Gilbert Aguis.
Fejn tarak minn hawn u hames snin ohra?
Ma nafx nghidlek.
Fl-ahharnett tixtieq taghmel messagg lill-pleyers u s-supporters tal-Mgarr Football Club.
Lill-pleyers nghidilhom biex jibghqu maqghuda flimkien mal-coach u l-kumitat u b’hekk ikunu jistghu jigarantixxu aktar success ghat-tim Imgarri. Fl-istess hin lis-supporters nghidilhom jibqghu wara t-tim bhal ma ghamlu l-istagun li ghadda ghax huma kienu parti mportanti mis-success tat-tim u nghidilhom biex jibqghu jissaportjaw it-tim ghanki jekk it-tim jkun ghaddej minn mumenti ftit difficli.