Today's Feature in Calendar »

L-UNDER 15’s JEVITAW IS-SEZZJONI D U JGHADDU GHALL-FAZI TAL-GRUPPI.

Monday 22 September 2014 - Category:Nursery - Posted by: Elaine



F-loghba ohra tal-under 15’s li intlaghbet nhar il-Hadd 21 ta’ Settembru, fil-grawnd tas-Siggiewi, it-tim tal-under 15’s kisbu rebha ohra ta’ 3-2 fuq it-tim ta’ Santa Lucija. F’din il-Loghba it-tim Imgarri urew kunfidenza izjed mil-loghba li ghaddiet.

L-ewwel taqsima ta’ din il-loghba, l-Imgarr urew mill-ewwel li kienu aktar offensivi mill-avversarji. Fil-bidu tal-loghba setghu fethu l-iskor kmieni meta Owen Fenech ta xutt ghal gol-lasta avversarja li gie imblukkat mid-difensur taghhom. Izda l-imgarrin baqghu jattakaw sakemm fil-11 –il minuta wara dribble sabih ta’ John Attard , ikkonkluda b’xutt sabih fix-xibka ta’ Santa Lucija. U wara biss zewg minuti John Attard jaghmel doppjetta li gabet lill-Imgarr 2-0 minn fuq.

Xutt sabih ta’ Keith Camilleri lejn il-goalkeeper avversarju li tafa f’corner, li dan gie mghotti minn John Attard li gie ghand id-difensur ta’ Santa Lucija li bir-ras tefghu ghand Karl Sammut li fajjar xutt li ghadda bi zbrixx ghal barra. It-tielet gowl ghall-Imgarr wasal fit-33 minuta, wara pass tajjeb ta’ Owen Borg lejn John Attard li wara girja mil-isbah u xutt tajjeb barra mill-kaxxa l-kbira jaghmel l-iskor 3-0.

Fit-tieni minuta tat-tieni half, L-imgarr jinghataw free kick li gie mghoti minn Owen Fenech, li gie salvat mil-keeper ta Santa Lucija. Fil-15 il-minuta Christian Camilleri igib safe tajjeb hafna wara li Santa Lucija ixxutjaw tajjeb minn barra il-kaxxa il-kbira. Fit-22 minuta Santa Lucija jiskurjaw wara zball fid-difiza tal- Imgarr. Santa Lucija jergghu jiskurjaw minn penalty li ma fallewx. Biex b’hekk tispicca il-loghba bl-iskor ta’ 3-2 favur l-Imgarr, f’loghba posittiva ghall-ahhar ghall-Imgarrin.

L-aggrigate ghall-din in-knock out kien ta’ 9-3 favur l-Imgarr biex b’hekk l-Imgarr evitat li tilghab f’sezzjoni D.


Christian Camilleri (GK), Willian Muscat (C), Alan Galea, Daniel Portelli, Karl Sammut, Julian Agius, JohnAttard, Owen Fenech, Owen Borg, Keith Camilleri, Isaac Schembri (Brandon Agius).



OTHER NEWS

Monday 19 September 2016 - General
Wednesday 14 September 2016 - General
Monday 08 August 2016 - General