Today's Feature in Calendar »

FTUH TA STAGUN GDID GHAN-NURSERY 2014/2015

Monday 22 September 2014 - Category:Nursery - Posted by: Elaine



L-ewwel laqgha li organizzat in-nursery ghall-ftuh tal-istagun il-gdid
kienet billi l-genituri,tfal,coaches u l-kumitat attendejna ghall-
quddiesa li saret il-gimgha 12 ta’ Settembru fil-knisja taz-Zebbiegh.

Nistghu nghidu li din kienet ta’ success kbir fejn il konkorrenza kienet
numeruza u spikkat ukoll il-partecipazzjoni tat-tfal taghna billi taw
sehemhom kif jixraq waqt il quddiesa.Fl-ahhar tal -quddiesa il-
President habbrieki tan-nursery Is-Sur Paul Vella ghamel kelmtejn
tal-okkazzjoni fejn ukoll awgura li bhala nursery inzidu ma’ li diga
ksibna fis snin ta qabel.

Wara l- quddiesa kellna ikla go ristorant ewlieni gewwa l-Imgarr fejn
it-tfal u l-genituri setghu jiltaqaw mal-coaches,kumitat u anke
genituri ta’ tfal ohrajn.

Nhar l-erbgha 17 ta’ Settembru kien imiss li l-headcoach tan-Nursery
is-Sur Charles Micallef jindirizza l-genituri u lit-tfal li ser jattendu
ghat-tahrig fin-nursery taghna.Nistghu nghidu li l-attendenza kienet
inkoragganti hafna ghall-futur tan-nursery taghna.

Huwa beda billi introduca il-Coaches il-godda li gew , kif ukoll lil
dawk il-coaches li kienu diga jifformaw parti min-nursery fis-snin ta’
qabel. Inghatat informazzjoni dwar il-coach ta’ kull kategorija, inkluz
id-dati u l-hinijiet tat-tahrig, u xi taghrif iehor dwar in-nursery.

Enfasizza hafna biex lit-tfal ingghaluhom jattendu
regolari,nghinuhom fl-imgieba /studji taghhom u nibdew
nedukawhom aktar fejn jidhol ikel li jaghmel tajjeb ghall-zvilupp u
sahha taghhom.

Kien hemm xi coaches li ghamlu xi rimarki taghhom ukoll,u nistghu
nghidu li kellna feedback tajba min-naha tal-genituri fejn jidher li
kollox mar kif suppost.

Fl-ahhar il-headcoach habrieki taghna ghalaq billi awgura kull success
ghan-nursery u it-tfal taghna ,u wieghed li ser jaghmel dak kollu
possibli hu u il-coaches, biex lit-tfal taghna jghinhom jizviluppaw it –
talenti taghhom kemm gol-pitch u jizviluppaw il-karattru barra
il-pitch.



OTHER NEWS

Monday 19 September 2016 - General
Wednesday 14 September 2016 - General
Monday 08 August 2016 - General