Il-Youth Football Association tirreferi għal rapport li dehru fil-media, dwar proċeduri li ttieħdu riċentement kontra raġel fil-Qrati Maltin, li b’xi mod jew ieħor kien involut f’football nursery lokali. Il-Youth FA tixtieq tinforma lill-pubbliku in ġenerali, u partikolarment dak tal-football, u fuq kollox lill-ġenituri ta’ tfal li jattendu xi football nursery, sabiex iserrħu rashom. Il-YFA fuq dan il-każ partikolari diġa ħadet il-miżuri kollha meħtieġa sabiex ma jkun hemm ebda’ mġieba skorretta, u dana fuq talba u bil-ko-operazjoni u l-għajnuna totali u siewja tal-football nursery in kwistjoni.
Il-Youth FA twiegħed illi tibqa’ timxi b’dan il-mod, b’serjeta u integrita’. Sfortunatament kullimkien u perjodikament, b’Malta mhux esklusa, hu magħruf li problemi ta’ dan it-tip iqumu f’Assocjazzjonijiet, partikolarment dawk sportivi. Essenzjali pero. li bħal kif ġara f’dan il-każ, dawn jiġu meqruda f’ras il-għajn.
Il-Youth FA, flimkien ma’ l-MFA, għandha kodiċi ta’ etika, li fuqhom iridu jimxu l-kowcis u kull min għandu xi kuntatt mat-tfal fin-nurseries. Regolament Nru 34 ta’ L-istatut tal-Youth FA, huwa ċarissimu f’dan il-kuncett.
Il-YFA terġa tikkonferma l-viġilanza tagħha għall-protezzjoni minn kull periklu għat-tfal fdati lilha u terġa ttenni “iz-zero tolerance” tagħha għal kwalunkwe abbuż ta’ kull natura u xorta.
Maħruġa: 15 ta’ Frar 2012
Joe Micallef
Segretrju Generali YFA.