Today's Feature in Calendar »

U13 Friendly Festival

Monday 13 February 2012 - Category:Nursery - Posted by: Elaine



Nhar il-Ġimgha 10 ta’ Frar, Festa ta’ San Pawl, it-tim tal-Imġarr U13 irnexxielu jikseb rebħa oħra konvinċenti kontra t-tim tal-Marsa. 

 

It-tim Imġarr kiseb vantaġġ doppju permezz ta' Luke Galea u sa tmiem it-taqsima żewġ gowls oħra permezz ta' Owen Fenech u Luke Galea għalqet l-ewwel taqsima b'vantaġġ ta’ erba’ gowls għat-tim tal-Imġarr.

 

Fil-bidu tat-tieni taqsima, għalkemm saru tliet sostituzzjonijiet it-tim Imġarri baqa’ bir-riedni tal-logħba f'idejh u skurja erba’ gowls oħra għal wieħed ta’ Marsa permezz ta’ Owen Fenech tlett darbiet u gowl ieħor ta’ Luke Galea.

 

Il-formazzjoni kienet; Matthew John Vella (Gianni Zahra), Carl Vella (Matthew Baldacchino), Matteo Depasquale, William Muscat, Keiran Mifsud, Sian Camilleri (Matthew Galea), Luke Galea, Zack Bartolo, Christian Camilleri, Owen Fenech, Joseph Smart (Kirsten Tonna).  Il-Fair play award f'din il-logħba ġie mogħti lil Zack Bartolo.

 

Ta’ min wieħed jirrimarka li din kienet is-sitt rebħa minn seba’ logħbiet għal dawn it-tfal filwaqt l-unika logħba li spiċċat draw kienet kontra St. Venera.  Minn hawn nixtiequ nawguraw lil dawn il-plejers biex ikomplu jistinkaw u jaħdmu bis-serjeta biex jekk Alla jrid ‘il quddiem uħud minnhom narawhom fit-tim tal-kbar tal-Imġarr United.
 


OTHER NEWS

Sunday 20 May 2012 - General
Sunday 20 May 2012 - Others
Saturday 19 May 2012 - General
Saturday 12 May 2012 - General