Today's Feature in Calendar »

Women: Mgarr 14-0 Zejtun C.

Thursday 09 February 2012 - Category:General - Posted by: Admin



Fl-loghba ohra mill-kampjonat tan-nisa fid-tieni divizjoni it-Tim Imgarri imexxi minn Raymond Vella rega hareg rebbieh bi skor kbir, din id-darba 14-0 kontra Zejtun.
Il-Partita ma kienetx kombattuta kif juri r-rizultat, bl-Imgarr bla hniena jiskurjaw u Zejtun ibaxxu rashom ghal qawwa Imgarrija. L-aktar li spikkat kienet Brenda Borg b'erba goals li gew fit-8, fl-10, fl-20 u fil-25 minuta, Jasmine Vella Turner ukoll skurjat zewg goals bl-ewwel wiehed ikun fit-tieni minuta u l-iehor fis-26 minuta.
Sa l-ewwel taqsima l-iskor kien 11-0, Melanie Vella fit-30 minuta, Mariana Vella tiskurja zewg minuta wara u tlett goals ohra ta' Daniela Ebejer fit-3 minuta, fit-33 u fl-40 minuta.
It-tieni taqsima l-Imgarr kienu diga kuntenti u ziedu biss 3 goals ohra minn Abigail Camilleri, Chantelle Zarb u Nadia Borg.
Il-Partita spicca kwarta qabel bir-Referee ma' kellux ghazla li jssaffar tmiem il-partita biex l-umiljazzjoni ma tibqax tikber.


OTHER NEWS

Sunday 20 May 2012 - General
Sunday 20 May 2012 - Others
Saturday 19 May 2012 - General
Saturday 12 May 2012 - General