
Wirja ta’ qalb, grinta u ħidma kontinwa ippremjat lit-tim tal-Imġarr
ta’ taħt il-ħmistax-il sena b’punt importanti fl-loghba li spiċċat
bir-riżultat ta’ 0-0.
L-ewwel taqsima rat lit-tim Imġarri jilgħab il-logħba tal-kontra
attakk fejn bla biża’ ta’ xejn il-plejers kienu kapaċi jibnu l-attakki
mid-difiża wara li bdew jirbħu l-ballun mingħand l-avversarju biex
b’hekk huma javvanzaw għan-naħa tal-avversarju li waslu għal
okkażjonijiet ta’ gowls. F’din it-taqsima t-tim Imġarri kellu ħafna
mill-pussess u kkontrolla l-logħba b’mod tajjeb ħafna.
Fit-tieni taqsima t-tim Imġarri beda tajjeb ħafna madanakollu bdiet
ġejja l-għejja hekk kif beda jagħfas il-ħin filwaqt li Ħal Kirkop bdew
iżidu fir-ritmu tagħhom u kien il-gowler tal-Imġarr, Andrea
Depasquale, li salva ballun stupend biex żamm lit-tim tiegħu
fil-logħba. Wara li saru xi tibdiliet, it-tim Imġarri reġa’ ġie lura
għan-normal u kienet biss l-isfortuna li ma tgħatx il-vantaġġ lit-tim
wara żewġ ġirjiet tajbin ħafna mill-attakkant Cledwyn Żammit. Prosit
lit-tim kollu tal-ħidma, imġieba tajba u l-qalb li wera matul
il-logħba kollha.