Today's Feature in Calendar »

U15 Mgarr 0-4 Gozo

Wednesday 01 February 2012 - Category:Nursery - Posted by: Elaine



It-tim tal-Imġarr ta’ taħt il-ħmistax-il sena sfaw megħluba
bir-riżultat ta’ 4-0 mat-tim t’Għawdex ġewwa l-grawnd tas-Sannat.
Fl-ewwel taqsima rajna id-dominanza tal-iskwadra Għawdxija. Bejn
il-biża’ u żbalji kruċjali, it-tim Għawdxi spiċċa l-ewwel taqsima
b’riżultat ta’ 3-0 minn fuq minkejja li t-tim Imġarri kellu ċans
jiskurja f’żewġ okkażjonijiet. Ta’ min jinnota li t-tim Għawdxi pressa
tajjeb ħafna fin-naħa ta’ fuq, ir-raġuni li waslet għal żbalji
mill-Imġarrin. Fit-tieni taqsima saru xi tibdiliet li għenu lit-tim
Imġarri jissaħħaħ fid-difiża li saħansitra t-tim Għawdxi kien ristrett
għal gowl wieħed f’din it-taqsima, filwaqt li t-tim Imġarri ħoloq żewġ
okkażjonijiet oħra fuq quddiem. Prosit lit-tim kollu tal-Imgarr
tal-isforz li għamel biex jattendi u jipparteċipa ġewwa Għawdex għal
din il-logħba.


OTHER NEWS

Sunday 20 May 2012 - General
Sunday 20 May 2012 - Others
Saturday 19 May 2012 - General
Saturday 12 May 2012 - General