F’logħba oħra mill-‘Festival’ 11 a-side , nhar il-Ħadd li għadda t-tim tal-Imġarr U13’s irnexxielu jikseb draw kontra it-tim ta’ St. Venera, b’logħba mill-aktar bilanċjata u akkanita. It-tim ta’ St. Venera marru żewġ gowls vantaġġ wara biss 8 minuti iżdar-reazzjoni tajba mit-tfal tat-tim tal-Imġarr ġiet lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima, kif ukoll matul it-tieni taqsima. It-tim Imġarri ġab id-draw permezz ta’ żewġ gowls ta’ Luke Galea u Matteo Depasquale. Kontra t-tendenza tal-logħob, meta t-tim Imġarri kien qed jattakka biex jikseb ir-rebħa qala’ t-tielet goal. Iżda f’reazzjoni mill-aqwa t-tim Imġarri rega’ kiseb id-draw ħames minuti mit-tmiem.
Il-formazzjoni kienet; Matthew John Vella Aidan Camilleri (Carl Vella), Matteo Depasquale, William Muscat, Keiran Mifsud, Sian Camilleri, Luke Galea, Zack Bartolo, Christian Camilleri, Gianni Zahra (Owen Fenech), Matthew Galea (John Attard). Il-Fair play award f'din il-logħba ġie mogħti lil Luke Galea. Il-partita li jmiss se tkun nhar il-Ġimgħa 10 ta' Frar fid-8.30am, kontra Marsa, fil-grawnd tal-Imġarr stess.
Nixtieq nirringrazjaw lill-ġenituri kollha ta’ dawn it-tfal għas-sapport kontinwu li taw kemm qabel il-logħba, matul u wara l-logħba.